Converse jew monti? Kemm lest tħallas?

Miljuni ta’ Inglizi jammettu li huma ‘brand snobs’ jiġifieri li jippreferu jħallsu iktar għal tikketta speċifika, skont riċerka.

54% tal-konsumaturi għadhom lesti li jħallsu ammont żejjed għal ditti magħrufa u aktar minn terz ta’ dawk mistħarrġa jammettu li jħossuhom kburin meta juru oġġetti ta’ ditta magħrufa.

Apple, Coca-Cola u Cadbury’s huma fost id-ditti l-iktar popolari li x’aktarx jinxtraw minħabba l-isem, kif ukoll Adidas, Costa, Starbucks u Ray-Ban.

Skont ir-riċerka, 10% probabbli jixtru kafè minn ħwienet bħal Starbucks jew Costa aktar minn ħanut li ma jagħrfux jekk isibu ruħhom f’belt mhux familjari.

Riċerkaturi sabu li Heinz, Colgate, Pepsi, Converse, Disney u LEGO huma wkoll fost il-prodotti mixtrija sempliċement minħabba l-isem tad-ditta.

Skont kelliema tar-riċerka, “Il-merkanzija promozzjonali hija mod ewlieni biex jiżdied l-għarfien tad-ditta u, min-naħa tagħha, tgħin biex tinfluwenza l-imġiba tax-xerrej.”

L-ewwel 15-il ditta l-aktar popolari għall-isem skont ir-riċerka huma dawn:

  1. Costa
  2. Cadbury
  3. Apple
  4. Samsung
  5. Coca-Cola
  6. Heinz
  7. Amazon
  8. Adidas
  9. Marks and Spencer
  10. Kellogg’s
  11. Nike
  12. Starbucks
  13. Colgate
  14. Sony
  15. Pepsi