Conventions Malta tfittex propjetajiet tal-Gvern biex jintużaw għal turiżmu speċjalizzat

Conventions Malta nħolqot mill-Gvern biex tassisti lil Destinational Management Companies (DMCs) f’li jippromwovu lil Malta bħala d-destinazzjoni ideali għal konferenzi speċjalizzati, laqgħat jew attivitajiet.
Il-Ministru tat-Turiżmu, Edward Zammit Lewis, qal dan fl-ewwel fiera internazzjonali li għaliha attendiet Conventions Malta mit-twaqqif tagħha.  
Spjega li l-entità ġdida qed tfittex propjetajiet tal-Gvern li jistgħu jintużaw għal dan it-tip ta’ turiżmu speċjalizzat.
Xogħolha wkoll se jkun li tiffaċilita l-aspett loġistiku.
Edward Zammit Lewis spjega li hu stmat li s-sena li għaddiet, waslu f’Malta 100,000 delegat għal dan it-tip ta’ turiżmu, li tfisser żieda ta’ 14% fuq is-sena ta’ qabel. 
Ritratt: MOT