Conti jixtieq jiġi msejjaħ mal-Italja

Meta kien qed jitkellem fuq Radio 105, il-plejer ta’ Milan Andrea Conti jixtieq illi l-kowċ tat-tim nazzjonali Taljan Giampiero Ventura jikkunsidrah fl-iskwadra finali tat-Tazza tad-Dinja dejjem jekk jikkwalifikaw għaliha.
Conti, li għandu barra mil-logħob għal madwar sitt xhur wara injury pjuttost serja, stqarr illi jinsab irrabjat illi ma jistax jilgħab fid-derby ta’ Milan kontra Inter fi tmiem din il-ġimgħa.
Jgħid illi ż-żmien qed jgħaddi bil-mod u mhux faċli tkun imweġġa’ għal tul ta’ żmien.
Andrea Conti ġie akkwistat mir-Rossoneri mingħand Atalanta f’nofs dan is-sajf.