Conte realistiku dwar iċ-ċansijiet ta’ Chelsea

Il-kowċ ta’ Chelsea Antonio Conte saħaq illi jinsab realistiku meta mistoqsi dwar iċ-ċansijiet illi t-tim għandu sabiex iżomm it-titlu tal-kampjonat illi kien rebaħ l-istaġun illi għadda.
Il-Blues rebħu lil Bournemouth bl-iskor minimu ta’ 1-0 b’gowl skorjat minn Eden Hazard sabiex bħalissa jinsabu jokkupaw ir-raba’ post tal-klassifika.
Minkejja kollox, ir-rivali ta’ fuq kollha rebħu l-partiti tagħhom u għalhekk id-distakk bħalissa huwa ta’ disa’ punti.
“Bħalissa aħna għandna 19-il punt u nimmeritaw dawn il-punti,” qal Conte.
“Qegħdin l-ewwel fil-grupp tagħna taċ-Champions League, għaddejna għal rawnd ieħor tal-Carabao Cup u ninsabu r-raba’ fil-kampjonat.”
“Ninsab kuntent b’dan il-grupp ta’ plejers u persważ illi huma se jagħmlu dak kollu possibbli sabiex nitilgħu aktar ‘il fuq fil-klassifika,” temm jgħid il-kowċ Taljan.