Conte ma’ PSG is-sena d-dieħla?

Wara l-eliminazzjoni bikrija mill-UEFA Champions League, din hija ġimgħa diffiċli għal Paris St Germain bil-gazzetti Franċiżi illi bdew jispekulaw min jista’ jkun il-kowċ il-ġdid wara li dak attwali Unai Emery minkejja li ngħata ċans ieħor, ma rnexxielux iwassal lit-tim sal-aħħar tal-kompetizzjoni.
B’dan ix-xenarju kollu huwa ferm diffiċli illi l-kowċ Spanjol jiġi kkonfermat, bl-istampa Franċiża qed ixerred ix-xniegħa illi ser ikun Antonio Conte illi jeħodlu postu. Dan tal-aħħar huwa ferm viċin illi jħalli lil Chelsea u għalhekk illi d-direttur sportiv ta’ PSG Henrique Antero qed jirsisti sabiex iġibu fil-belt Franċiża lil dan il-kowċ Taljan.
Min-naħa l-oħra qed jiġi kkunsidrat ukoll Mauricio Pochettino, li bħalissa jinsab fit-tmun ta’ Tottenham u li huwa eksplejer tal-klabb wara li lagħab magħhom bejn l-2001 u l-2003.