​Conte jrid lil Bonucci

Il-gazzetta Taljana Tuttosport żvelat illi l-kowċ ta’ Chelsea Antonio Conte ikkuntattja lid-difensur ta’ Milan Leonardo Bonucci sabiex jipprova jipperswadih jingħaqad magħhom.
Dan kollu fid-dawl illi skont ma’ qal dan l-istess ġurnal l-eksplejer ta’ Juventus ma tantx jinsab għal qalbu mar-Rossoneri speċjalment għall-fatt illi t-tim mhux għaddej minn mument pożittiv.
Bonucci ngħaqad ma’ Milan minn mal-Bianconeri għas-somma ta’ €40 miljun u ngħata l-faxxa ta’ captain iżda minkejja kollox ma rnexxielux jwassal l-esperjenza tiegħu lil dan il-klabb.
B’dan kollu f’moħħu, Conte kellem lil Bonucci sabiex jerġgħu jgħixu l-mumenti glorjużi flimkien ma’ Juventus fejn kienu rebħu l-kampjonat għal tliet darbiet konsekuttivi.