Conte jiżvela kif se tkun il-ħajja fl-Italja bil-Covid-19

Read in English.

L-Italja se tippermetti li fabbriki u siti tal-bini jerġgħu jiftħu mill-4 ta’ Mejju, qabel ma aktar negozji jitħallew jiftħu fil-ġimgħat ta’ wara, hekk kif qed il-pajjiż qed iħejji għal tmiem fi stadji għall-itwal lockdown tal-coronavirus fl-Ewropa. Dan qalu l-Prim Ministru tal-Italja Giuseppe Conte nhar il-Ħadd.

Aktar minn xaharejn wara li feġġ l-ewwel każ ta’ COVID-19 f’belt żgħira barra Milan u wara ġimgħat ta’ lockdown, l-Italja qed tħares ‘il quddiem lejn it-tieni fażi tal-kriżi, fejn se jsiru sforzi biex terġa’ tibda tingrana l-ekonomija mingħajr ma tiskatta t-tieni mewġa tal-marda.

“Qed nistennew sfida tassew kbira,” qal Conte filwaqt li żvela l-pjan strateġiku biex jerġgħu jibdew l-attivitajiet li ilhom inattivi mill-bidu ta’ Marzu. “Se nitgħallmu ngħixu mal-virus u se jkollna nadottaw kull prekawzjoni possibbli.”

Manifatturi, kumpaniji tal-kostruzzjoni u xi wholesalers se jitħallew jiftħu mill-4 ta’ Mejju, ġimgħatejn wara jiftħu l-bejjiegħa bl-imnut, waqt li ristoranti u bars se jitħallew jiftħu fil-bidu ta’ Ġunju, u l-ħwienet tat-takeaway possibbilment jiftħu aktar kmieni.

Jekk tixtieq tkun minn tal-ewwel li tirċievi l-aħħar aħbarijiet dwar il-coronavirus f’Malta, niżżel l-APP ta’ Newsbook minn hawn