Conte jippreżenta l-kabinett il-ġdid tal-Gvern Taljan

Italian Prime Minister Giuseppe Conte attends a meeting with President Sergio Mattarella at the Quirinal Palace in Rome, Italy, September 4, 2019. Francesco Ammendola/Presidential Palace/Handout via REUTERS

Read in English.

Il-Prim Ministru Taljan Giuseppe Conte ħabbar il-kabinett tiegħu li mistens jieħu l-ġurament tal-ħatra il-Ħamis filgħodu.

Il-kompożizzjoni tal-kabinett ippreżentat minn Conte tindika li l-intenzjoni ta’ dan il-gvern ser tkun waħda li tqarreb l-Italja mal-istituzzjonijiet Ewropej kemm fil-perspettiva tal-kwistjoni tal-immigrazzjoni u anke fil-kwistjoni tal-ekonomija u l-budget.

Il-formazzjoni tal-Gvern il-ġdid, iġġib fi tmiemha il-kriżi politika li kien hemm wara d-deċiżjoni li ħa Matteo Salvini li jwaqqaf l-appoġġ lil Gvern ta’ koalizzjoni li kien magħmul mill-PD u l-Movimento Cinque Stelle.