Conte inkwetat fuq l-injury ta’ Morata

Il-kowċ ta' Chelsea Antonio Conte tkellemjumejnqabelil-partita mill-kampjonat Ingliż illi l-Blues għandhom kontra West Bromwich Albion fejn tkellem dwar it-tliet ijiem ta' mistrieħ illi ta lill-plejers.
Huwa sostna illi t-tim kellu bżonn mument ta' rilassament wara xhur intensivi fejn lagħbu logħba kull tlett ijiem minħabba illi għadhom fil-kompetizzjonijiet kollha illi qed jilagħbu għalihom.
Conte fisser kemm il-partita kontra WBA tfisser ħafna għalih u għat-tim għax bi tliet punti jerġgħu jġibu l-kuraġġ li tant għandhom bżonn.
Il-manager Taljan ma naqasx illi jsemmi lil Alvaro Morata illi bħalissa jinsab imweġġa' fejn hu semma' kemm jinsab inkwetat b'din l-injury. Huwa żvela illi jista' jiddebutta Olivier Giroud filwaqt illi anke Pedro rkupra minn xi uġigħ li kellu.