Conte l-maniġer il-ġdid ta’ Inter

Antonio Conte ġie msemmi bħala l-maniġer il-ġdid ta’ Inter li se jkun qed jissostitwixxi lil Luciano Spalletti li ġie mkeċċi. Conte, li għandu 49 sena, se jkun qed jirritorna fuq xogħol fl-Italja wara li Chelsea keċċewh lejn l-aħħar tal-istaġun is-sena l-oħra.

Hu għamel sentejn fi Stamford Bridge, fejn rebaħ il-Premier League u t-Tazza tal-FA, u qabel mar ma’ Chelsea, irnexxielu jirbaħ tliet titli tas-Serie A ma’ Juventus.

Taħt Spalletti, Inter spiċċaw ir-raba’ fil-kampjonat u rnexxielhom jikkwalifikaw għall-edizzjoni taċ-Champions League tas-sena d-dieħla.