Conte frustrat li Chelsea mhux qed jagħmlu l-akkwisti neċessarji

Antonio Conte qed isibha diffiċli sabiex jikkonvinċi lid-diriġenti ta’ Chelsea biex jakkwistaw il-players li jixtieq hu. L-ex coach ta’ Juventus u tal-Italja jinsab frustrat illi l-club illi qed jikkowċja mhux qed jagħmlu ċ-ċaqliq neċessarju sabiex almenu jiffirmaw wieħed mill-plejers illi hu għandu f’moħħu. Fil-fatt huma ħamsa il-players illi l-kowċ tal-Blues qed jsegwi b’interess u dawn huma Ivan Perisic, Fernando Llorente, Virgil van Dijk, Antonio Candreva u Alex Sandro.
Madankollu l-bord ta’ Chelsea huwa kontra li jinxtraw plejers ta’ esperjenza hekk kif il-club qed ifittex żgħażagħ li jippromettu.