​Conte bi problema ta’ injuries

Hekk kif illejla Chelsea jżuru l-Emirates Stadium sabiex jaffrontaw lil Arsenal fit-tieni leg tas-semi-finali tal-Carabao Cup, huma se jkollhom jgħaddu mingħajr żewġ elementi importanti fit-tim minħabba li d-duo Spanjol Alvaro Morata u Cesc Fabregas jinsabu mweġġgħin.
Dan ġie mħabbar mill-kowċ Antonio Conte, b’Fabregas illi għandu problema fil-hamstring filwaqt illi Morata għandu injury fi spallejh.
Il-kowċ Taljan għandu uġigħ ta’ ras kbira lil min se jilgħab minħabba illi fl-attakk l-għażliet huma ferm limitati.
Biex tkompli tiġih ħażina żewġ plejers oħra Thibaut Courtois u Danny Drinkwater qed jitħabtu kemm jistgħu sabiex jirkupraw minn injury żgħira u jagħmluha għal din il-partita.
Fl-ewwel leg meta dawn iż-żewġ timijiet iltaqgħu l-konfront kien spiċċa f’parità ta’ 0-0.