ConnACTion fil-Palazz tal-Verdala

Lost in Creations kien proġett li bih iż-żgħażagħ xtaqu joħolqu aktar kuxjenza dwar l-importanza tal-kreattività u l-ħsieb differenti. L-intenzjoni ta’ dan il-proġett kienet li jgħin biex jistimula l-kreattività f’dawk li kienu involuti direttament.
Minbarra ConnACTion, fix-xhur li għaddew saru bosta attivitajiet oħra. Bħala parti mill-proġett Lost in Creations diġà saru l-iSkills Sessions, li kienu serje ta’ laqgħat li jistimulaw il-kreattività, laqgħat li laħqu madwar mitt żagħżugħ ta' bejn l-għaxar snin u l-ħamsa u għoxrin sena. F'Marzu tal-2014, tnediet kompetizzjoni tal-arti fejn is-sottomissjonijiet ta' din il-kompetizzjoni ġew esebiti fil-Cavalieri Hotel għal tmiem il-ġimgħa sħiħ f'Ġunju.
Saret ukoll l-attività bl-isem ta' CreACTive Camp fejn kienu involuti madwar erbgħin żagħżugħ u żagħżugħa bejn sittax u tmintax-il sena. L-idea kienet li dawn iż-żgħażagħ jgħaddu minn esperjenzi differenti li fihom kellhom ikunu kreattivi biex isolvu diversi tasks u jirnexxilhom jaqbżu numru ta’ ostakli.
Din l-attività saret fil-palazz tal-President fil-Verdala, il-Buskett. In-nies preżenti kellhom l-opportunità jipparteċipaw fi gruppi ta’ ħidma mħejjija minn Breaking Limits, Delizious Corner, Ela's Creations u Soap Cafe', fost l-oħrajn.​​​​​​​​​​
Artikli kummerċjali għandhom jintbagħtu fuq karl@newsbook.com.mt.