Concordia: Illum jerġa’ jittella’ f’wiċċ l-ilma

Fis-sitta ta’ dalgħodu bdiet il-ħidma biex fil-gżira ta’ Giglio, jerġa’ jitla’ f’wiċċ l-ilma dak li baqa’ mill-Costa Concordia.
Il-kap tal-Protezzjoni Ċivili Fabrizio Gabrielli qal li minkejja t-temp mhux favorevoli, m’għandux ixekkel il-bidu ta’ din il-missjoni.  Il-konsorzju li qed jieħu ħsieb li l-vapur ma jibqax maqlub, ikkoneferma li kollox jista’ jibda kif ippjanat.
Ġaladarba l-cruiseliner jżomm f’wiċċ l-ilma, jibda’ triqtu għall-Port ta’ Genova għat-tqattigħ.
Sadanittant fuq Facebook, Kevin Rebello, ħu Russell, il-wejter Indjan li għadu ma nstabx minn dakinhar tat-traġedja, qed jittama li l-katavru ta’ ħuh jinstab malajr kemm jista’ jkun.
Kevin qal li f’dawn il-jiem jixtieq ikun f’Giglio iżda minħabba impenji ta’ xogħol f’Milan ma jistax jingħaqad mal-ħaddiema.
It-traġedja tal-Concordia tmur lura għat-13 ta’ Jannar 2012 meta taħt it-tmexxija tal-kaptan Francesco Schettino, il-cruiseliner baqa’ dieħel f’sikka b’kongwenza li mietu 32 persuna.