Comodini Cachia temmen li kulħadd għandu jkollu għarfien fit-teknoloġija u l-coding

Therese Comodini Cachia temmen li fid-dinja tal-lum kulħadd għandu jkollu għarfien bażiku fil-coding u fuq kif taħdem it-teknoloġija.
Il-Membru Parlamentari Ewropew Therese Comodini Cachia żaret l-attivtà EUhackathon fi Brussell fejn qalet li din il-ħtieġa se taffettwa s-sistema edukattiva u toħloq diversi sfidi.
Skont Comodini Cachia dawn il-ħtiġijiet huma realtajiet li rridu naffaċċjaw.
Spjegat li t-teknoloġija, speċjalment bil-coding, l-għalliema jistgħu jgħallmu s-suġġetti tagħhom b’aktar interrattività u b’hekk l-istudenti jħossuhom parti mil-lezzjoni.
Għalhekk saħqet li l-għalliema għandhom bżonn l-għajnuna biex jidħlu f’din id-dinja diġitali u jingħataw biżżejjed għajnuna mill-awtoritajiet, inkluż dawk Ewropej u mill-gvernijiet tal-pajjiż.