Coman dubjuż għat-Tazza tad-Dinja

B’xorti ħażina l-winger ta’ Bayern Munich Kingsley Coman weġġa’ l-għaksa waqt il-partita tas-Sibt li għadda illi t-tim mill-Bavarja lagħab kontra Hertha Berlin, logħba li spiċċat fi dro ta’ 0-0.
Huwa weġġa’ fit-68 minuta wara kuntrast ma’ avversarju sabiex kellu jiġi mibdul b’postu jieħdu Franck Ribery.
Skont l-istazzjon Sky Sport, l-eks plejer ta’ Juventus se jiġi operat fil-jiem li ġejjin u hemm mistenni jdum barra għal żmien twil fejn anke hija f’dubju l-parteċipazzjoni għat-Tazza tad-Dinja f’Lulju li ġej.