Cologne mmultati

It-tim Ġermaniż ta’ Cologne ġie mmultat €60,000 mill-UEFA wara l-inkwiet illi nqala’ fil-logħba tal-Europa League kontra Arsenal fl-EmiratesStadium fl-14 ta’ Settembru li għadda. 
Il-logħba kellha tibda siegħa tard minħabba illi eluf ta’ partitarji tat-tim Ġermaniż waslu fl-istadium mingħajr biljett. 
Kien hemm ġlied u mbuttar bejn l-istess partitarji u l-membri tas-sigurta’ hekk kif dawn bdew jaqilgħu l-inkwiet u jheddu lill-uffiċjali. 
Il-UEFA ser tkun qed iċċaħħad lill-partitarji ta’ Cologne milli jattendu logħbiet away għas-sentejn illi ġejjin.