Coco Gauff se tikkompeti kontra Venus Williams

Iż-żagħżugħa Coco Gauff se tkun qed tilgħab kontra Venus Williams fl-ewwel rawnd tal-Grand Slam wara li l-par telgħu bix-xorti biex jilagħbu kontra xulxin fl-Australian Open.

Gauff li għandha 15-il sena kkwalifikat biex tikkompeti fl-akbar kompetizzjoni tat-tennis billi rebħet kontra Williams li għandha 39 sena. Williams rebħet il-Grand Slab seba’ darbiet.

L-Ingliża Johanna Konta li hi t-12 l-aqwa fid-dinja se tilgħab kontra t-Tuneżina Ons Jabeur.

Fit-tlugħ tal-polza tal-irġiel, l-Ingliż Dan Evans se jikkompeti kontra l-Amerikan Mackenzie McDonald f’Melbourne. Għal Evans li għandu 29 sena, jaf jispiċċa jilgħab kontra s-Serbjan Novak Djokovic fit-tielet rawnd. Djokovic qed jiddefendi t-titlu din is-sena.

Djokovic li qed jimmira biex jikseb rekord u jirbaħ it-titlu għat-tmien darba, mhux se jkollu l-aktar logħba faċli fil-ftuh tal-kompetizzjoni. Hu se jkun qed jikkompeti kontra l-Ġermaniż Jan-Lennard Struff.L-ewwel Grand Slam tas-sena se tibda nhar it-Tnejn