​Clyde Puli bl-inqas voti

Is-Segretarju Ġenerali ġdid tal-Partit Nazzjonalista Clyde Puli ġab l-inqas ammont ta’ voti minn fost il-membri l-ġodda tal-Kumitat Eżekuttiv tal-PN.
Newsbook.com.mt jinsab infurmat li għal-laqgħa tal-Eżekuttiv tal-bieraħ li matulha ttieħed vot dwar il-karigi l-ġodda tal-partit, attendew 66 minn 82 membru.
Fost dawk preżenti, 45 ivvutaw favur Puli bħala s-Segretarju Ġenerali l-ġdid, 15 ivvutaw kontra, filwaqt li 6 astjenew.  Dan ifisser li kważi 32% esprimew li ma jkunux kuntenti bih f’din il-kariga.
Mark Anthony Sammut ġie elett fil-kariga ta’ President tal-Kumitat Eżekuttiv, b’57 vot favur u 9 kontra.
David Stellini bħala l-President tal-Kunsill Amministrattiv ġie elett bi 58 vot favur u 8 kontra.
David Camilleri, it-Teżorier il-ġdid tal-partit, u Roslyn Borg li hi s-Segretarju Internazzjonali ġew eletti t-tnejn li huma bi 53 vot favur u 12 kontra.