Ħadd ma jista’ jgħid li Club Bruges ma jafux kif jiċċelebraw. Fil-fatt tant kemm ħadu gost li ġabu l-gowl tad-draw tard fil-logħba, li spiċċaw b’żewġ plejers imkeċċija.
Krepin Diatta rnexxielu jsib il-lasta minn barra l-kaxxa biex b’hekk għamel l-iskor 1-1 kontra Galatasaray. Hu neħħa l-flokk biex jiċċelebra, bħalma l-plejers moderni jħobbu jagħmlu. Sfortunatament jidher li nesa li kellu diġà karta safra u b’hekk ingħata t-tieni karta u tkeċċa.
Waqt iċ-ċelebrazzjonijiet, Clinton Mata xxuttja l-bandiera tal-kantuniera u spiċċa biex kissirha fil-proċess. Hu wkoll kellu karta safra oħra qabel ma ngħata t-tieni waħda.
Il-par se jkunu qed jitilfu l-aħħar logħba miċ-Champions League f’darhom kontra Real Madrid.
Riżultati oħra:
Grupp A
Real Madrid 2-2 Paris Saint-Germain
Grupp B
FK Crvena Zvezda 0-6 FC Bayern Munchen
Tottenham Hotspur 4-2 Olympiacos
Grupp C
Atalanta 2-0 Dinamo Zagreb
Manchester City 1-1 Shakhtar Donetsk
Grupp D
Lokomotic Moscow 0-2 Bayern Leverkusen
Juventus 1-0 Atletico Madrid