Clinton tixtieq tgħannaq lil Meghan!

Waqt intervista fuq il-BBC Hillary Clinton stqarret li tixtieq tgħannaq lil Meghan Markle minħabba t-trattament razzista li din qed tirċievi. Hija qalet ukoll li Meghan għandha tirreżisti għal dan kollu.

Clinton, li kienet il-kandidat Presidenzjali fl-Istati Uniti fl-aħħar elezzjoni f’dak il-pajjiż, qalet li l-mod kif Meghan kienet ittrattata f’dawn l-aħħar tliet snin kien ta’ ksur il-qalb u ħażin. Kemm Meghan u żewġha l-Prinċep Harry tkellmu dwar il-kritika li qalet id-Dukessa ta’ Sussex. Clinton uriet il-fehma li Meghan ħaqqha aħjar.

Clinton u bintha Chelsea kienu Londra biex jagħmlu pubbliċità lill-ktieb tagħhom li jittratta dwar dawk in-nisa li jispirawhom.

Waqt l-intervista kienu mistoqsija biex jikkummentaw dwar il-battalja dejjem għaddejja bejn Meghan u dawk li jopponuha, l-aktar wara li l-Prinċep Harry u Meghan għamlu żewġ libelli lil xi ġurnali Ingliżi. Meghan qed tfittex għad-danni lil Mail on Sunday wara li allegatament ippubblikaw ittra privata li hi kitbet lil missierha waqt li l-Prinċep ħarrek lid-Daily Mirror b’relazzjoni ma’ phone-hacking.

Meghan Markle fil-mira ta’ kritika razzjali u sessista

Chelsea Clinton qalet li “Aħna lkoll nagħmlu dak li naħsbu li jkun l-aħjar ħaġa għalina u fil-każ ta’ Meghan nimmaġina li hi tkun taħseb f’binha.” Kompliet tgħid li Meghan qed tiffaċċja kritika razzista u sessista.

Chelsea u Hillary Clinton ddefendew lil Meghan Markle

Minn naħa tagħha Hillary Clinton saħqet li fin-nofs hemm ċertament element razzista f’xi kritika li din qalgħet fuq il-midja soċjali wara li bdiet ir-relazzjoni tagħha mal-Prinċep Harry fl-2016. Hija ddeskriviet lil Meghan bħala mara tal-għaġeb bi storja inkredibbli ta’ ħajjitha. Baqgħet soda u mxiet f’ħajjitha. Imbagħad saret tħobb u hu ħabbha lura.

“Għalhekk wieħed għandu jiċċelebra din l-imħabba għax hi tassew storja ta’ mħabba,” kompliet tgħid Clinton. “Bħala omm nixtieq ngħannaqha miegħi u ngħidilha biex ma taqtax qalbha u biex ma tħallix nies ħżiena jgħarrqulha ħajjitha. Jixirqilha ħafna aħjar.”

Piers Morgan: “Il-kritika hi ġustifikata”

Sadattant Piers Morgan, li jippreżenta l-ITV News waqt Good Morning Britain, akkuża lil Meghan Markle li qed tilgħabha tal-vittma biex tiġbed l-attenzjoni waqt li fetaħ bumbardament sħiħ kontra l-Familja Rjali meta kienu qed jiddiskutu dak li qalet Clinton.

Piers allega li l-Prinċep Harry u martu ħadu diversi deċiżjonijiet ħżiena u saħaq li l-kritika li qed jaqilgħu hija ġustifikata.

“Minn liema tbatija qed tgħaddi Meghan Markle?” ried ikun jaf il-preżentatur. “Qed tgħix f’dar-palazz imħallsa bit-taxxi minn flus il-poplu. Ma nistax nifhimha din.”