Clint Camilleri kritikat għal darb’oħra minħabba l-kaċċa

L-Uffiċjal tal-Istampa tal-Kumitat Kontra l-Qtil tal-Għasafar, Axel Hirschfeld qal li s-Segretarju Parlamentari, Clint Camilleri ma għamel xejn biex tiżdied il-forza kontra l-kaċċa. Camilleri uża post li ttellgħat mill-Kumitat Kontra l-Qtil tal-Għasafar biex jgħatti n-nuqqas ta’ rieda mill-Gvern biex jitratta l-kaċċa illegali.

Il-post li użs kienet dwar l-ammont kbir ta’ Kuċċard li deher fil-Buskett u li l-ebda wieħed minnhom ma nqatel. Il-post skont Hirschfeld intużat biex tgħatti fosthom 15-il inċident ta’ kaċċa illegali ta’ tajr protett. Skont il-Kumitat Kontra l-Qtil tal-Għasafar il-każijiet kienu jinkludu 4 każijiet ta’ qtil ta’ tajr b’mod konsekuttiv.

Ilbieraħ, BirdLife Malta rrappurtat li b’kollox irċeviet 26 każ ta’ sparaturi fuq għasafar protetti mill-bidu tal-ftuħ tal-kaċċa fil-ħarifa.