Clifton Grima jerġa’ jsir papà

Is-segretarju Parlamentari Laburista, Clifton Grima reġa’ sar missier wara li lbieraħ, twielditlu t-tifla li semmiha Julia Maria.
Fuq messaġġ li ħalla fuq il-paġna ta’ Facebook, Grima rrigrazzja lil dawk kollha li jaħdmu Mater Dei ta’ dak kollu li għamlu miegħu u ma’ martu sabiex it-tarbija titwieled b’wiċċ il-ġid.