Cliff Richard jgħid li dam erba’ snin ma jorqodx sew meta kien imsemmi f’offiżi sesswali

Cliff Richard jemmen li n-nies għadhom jemmnu li m’hemmx duħħan mingħajr nar wara li kien akkużat bi żball f’offiżi sesswali. Hu tenna dan waqt li kien qed jitkellem f’Londra ilbieraħ fejn għen biex tkun imnedija petizzjoni li titlob li ma jissemmewx individwi fil-pubbliku biex dawn jibqgħu anonimi qabel dawn jitressqu l-qorti akkużati b’offiżi sesswali.

Il-kantant, li għandu 78 sena, kien issemma pubblikament f’allegazzjoni kontrih wara li l-Pulizija għamlet rejd f’daru fis-sajf tal-2014 imma qatt ma kien akkużat jew arrestat fuq xi ħaġa. Dan ir-rejd kien anki xxandar fuq il-BBC. Hu qal li dak il-ħin ħass li l-karriera tiegħu saret trietaq. Imma maż-żmien reġa’ ġie f’tiegħu u l-lum isostni li għaddielu. Bħalissa qiegħed jagħmel tour u jinsab tassew sejjer tajjeb. Meta fittex lill-BBC għad-danni l-kantant kien rebaħ is-somma ta’ €234,942 kif ukoll kellhom iħallsuh ukoll €950,957. Il-BBC ma kienitx appellat mis-sentenza.

Cliff Richard illum qal li hawn nies li jemmnu li m’hemmx duħħan mingħajr nar (jew kif jgħid il-Malti, Il-qażba ma ċċaqċaqx għalxejn). Minħabba x-xniegħa li kien hemm fuqu, hu qal li ma setax jorqod sew għal erba’ snin sħaħ u f’dak iż-żmien kellu attakk ikraħ tal-ħruq ta’ Sant’Antnin fuq wiċċu u fuq rasu.

Il-petizzjoni li qed imexxi Cliff Richard kellha diġà 6,000 firma sal-lum.