Clement jinħatar kowċ ta’ Reading

L-eks kowċ ta’ Swansea City Paul Clement inħatar sabiex imexxi lit-tim li jilgħab fic-Championship Ingliża Reading. Dan wara li jumejn ilu tkeċċa mill-kariga l-Olandiż Jaap Stam wara riżultati kemmxejn negattivi f’dawn l-aħħar ġimgħat.
Stam kienu ilu jmexxi lit-tim imlaqqam bħala The Royals sa mis-sena 2016 iżda l-aħħar telfa fil-kampjonat li kisbu fi tmiem il-ġimgħa li għaddiet kontra Norwich City barra minn darhom kienet l-aħħar daqqa mortali sabiex jitkeċċa.
Reading jinsabu fin-naħa t’isfel tal-klassifika fejn ġabru 36 punt minn 38 partita.