Clement isikket lil kritiċi

Il-kowċ ta’ Swansea City Paul Clement ħeġġeġ lill-kritiċi sabiex jistennew sa Mejju qabel ma jagħtu ġudizzju dwar il-progress tat-tim.
Bla dubju bħalissa t-tim minn Wales mhux għaddej minn mument tajjeb hekk kif rebħu żewġ logħbiet mid-disgħa li lagħbu.
Huma jinsabu fil-15-il post fil-klassifika tal-kampjonat Ingliż.
“Għadna lgħabna biss disa’ logħbiet minn 38. Jien irrid niġiġudika matul l-istagun kollu mhux biss fl-ewwel mument ital-kampjonat,” iddefenda ruħu Clement.
“L-istaġun li għadda konna fl-istess sitwazzjoni u rnexxielna nsalvaw u għalhekk m’ininx se naqta’ qalbi.”
Clement, illi beda jmexx lil Swansea minn din is-sena, huwa pożittivi ll kollox ser jaqleb għall-aħjar u għalhekk ħeġġeġ lill-plejers sabiex ikomplu jemmnu.