L-attur Clayton Pace, li narawh f’bosta sensiliet tad-drama fuq it-televiżjoni lokali fosthom Sorelle fuq TVM u fi ftit tal-ġranet oħra f’L-Istejjer tan-Nannu Ċens fuq l-istazzjon One, ħabbar li hu u s-sieħba tiegħu, l-attriċi Lenies Gauci, saru ġenituri.
Huwa kellhom tifel li semmew Noah.
Lenies bħalissa qed tidher ukoll fuq it-teelviżjoni permezz tas-sensiela Fattigi fuq l-istazzjon Net.
Clayton imexxi wkoll il-kumpanija Mixta Drama li fdan it-tmiem il-ġimgħa qed titella’ l-pantomima Ġaħan u l-Pjanta li Tiekol in-Nies.
Awguri lil din il-koppja f’dan ir-rwol impenjattiv ġdid fil-ħajja tagħhom ta’ kuljum.