Claudia Faniello tħejji materjal ġdid

Ritratt: Alana Bondin

Ilna ftit ma nisimgħu bi Claudia Faniello u issa jidher li din il-kantant ma ddumx ma tkun qed twassal materjal ġdid fi ftit tal-ġimgħat oħra.

Ritratt: Facebook

Kien messaġġ li hi għamlet fuq il-paġna tagħha fuq is-sit soċjali Facebook li qajjem interess hekk kif il-kantanta ta’ 31 sena bdiet “tinki” lis-segwaċi tagħha.

Il-fans ta’ Claudia qed jistennew bil-ħerqa din is-silta ġdida peress li ilha xi ftit jew wisq nieqsa mix-xena mużikali.

Fl-2017 kienet irrappreżentat lil Malta fil-Eurovision Song Contest bil-kanzunetta Breathlessly. Hi kienet rebħet dan id-dritt wara li rebħet il-Malta Eurovision Song Contest.

Faniello kienet ilha 11-il sena tipprova tmur għall-Eurovision bl-ewwel darba kienet fl-2006 bil-kanzunetta High Alert.

Fl-2003 u fl-2012 kienet ġiet fit-tieni post tal-festival Malti b’Caravaggio u Pure. Fl-2013 kienet ħadet sehem fil-Malta Eurovision b’When It’s Time fejn ġiet fis-seba’ post. Waqfet mill-festival sas-2017 meta rebħitu bi Breathlessly.

Ritratt: Andres Putting

Issa l-fans ilhom għatxana jistennew lil Claudia biex twassal materjal ġdid. U kollox jindika li mhux se jkomplu jistennew wisq.