Claudette Buttigieg se tikkontesta għall-kariga ta’ Viċi Kap tal-PN

Claudette Buttigieg mistennija tikkontesta għall-kariga ta’ Viċi Kap tal-Partit Nazzjonalista. Diversi ġurnali lokali rrappurtaw l-intenzjoni tal-kantanta li kienet irrappreżentat lill-pajjiżna fil-Eurovision Song Contest fis-sena 2000.

Hu mifhum li Claudette Buttigieg saħansitra kienet qed tissemma biex tikkontesta l-kariga ta’ Kap tal-Partit Nazzjonalista, iżda minkejja l-kummenti pożittivi li rċiviet, issa ddeċidiet li tkun l-ewwel waħda li tħabbar li se tikkontesta l-kariga ta’ Viċi Kap tal-Partit Nazzjonalista.

Claudette Buttigieg sostniet li hi tista’ tgħin ħafna f’dak li l-partit għandu bżonn, jiġifieri li jaffaċċja n-nies u b’umiltà jisma’ l-problemi tagħhom u minn dak kollu li għaddejjin.

Buttigieg kienet eletta fil-Parlament Malti għall-ewwel darba wara l-elezzjoni tad-9 ta’ Marzu, wara żjieda fis-siġġijiet lill-Partit Nazzjonalista hekk kif kienet titlob il-Kostituzzjoni.