Claude għaliex qed jieħu ħafna interess f’Jennifer?

Ir-raba’ episodju mill-ewwel staġun ta’ Manwela jixxandar illum fil-5.15pm fuq Melita More, Cable Channel 315.

Claude jitlob lis-sur Briffa jagħmel xi ħaġa dwar Jennifer u Francesca. X’se jagħmel? Se jaċċetta jew le? Noah jkollu operazzjoni urġenti l-isptar. Kif inhu l-pazjent u x’se jgħidlu Mark? Manwela u Jennifer jagħmlu kejk flimkien. Se jtuh biċċa minnu lis-sur Said Conti?

Niltaqgħu ma’ Ġina li għandha ħanut tal-antikwarjat. Għaliex qatt ma biegħet xi ħaġa lill-klijenti li kienu jiġu għandha? Jennifer għaliex tmur fil-ħanut tal-grocer ta’ Doris. X’se titlobha?

Manwela tidħol fil-kamra tas-sodda ta’ ommha għaliex riedet il-ktieb ta’ Jane Eyre. X’se ssib fil-kexxun? Dirjana x’se tgħidilha dwaru?

Manwela ixxandar oriġinarjament fl-2016 u għandu kitba ta’ Dr Michael Vella Haber u Evelyn Saliba La Rosa, bi produzzjoni ta’ Rewind.