Mil-lum tibda avventura ġdida għal Claire Agius Ordway u Sean Gravina hekk kif mil-lejla jibdew il-programm ġdid Taste and Travel fuq l-istazzjon One. Illejla jibdew il-mawra tagħhom f’Ċipru.
Fl-introduzzjoni ta’din is sensiela llejla se narawhom jaslu u jiltaqgħu mal-ewwel chef tal-post ġo villaġġ żgħir li jissejjaħ Tochni. Hawnhekk iduqu l-ewwel ikla tipika Ċipriotta fejn joħorgu diversi platti.

Il-ħxejjex u l-ingredjenti huma kollha tal-lokal. Se naraw ukoll kif Sean se jirnexxielu jidħol ukoll fil-kċina fejn se jiskopri riċetta tipika tal-post.
Il-programm jibda fit-8.35pm fuq l-istazzjon One u jkun qed jixxandar ukoll fuq il-paġna tagħhom Taste and Travel fuq Facebook.