City u Liverpool wara l-firma ta’ Van Dijk

Skont il-ġurnal Ingliż The Mirror, Manchester City u Liverpool ser jibdew taqtiegħa bejniethom għall-akkwist tad-difensur ta’ Southampton, Virgil Van Dijk.
Il-kowċ ta’ Sky Blues, Pep Guardiola, irid b’saħħa lil dan il-plejer hekk kif id-diriġenti tal-klabb lesti illi jonfqu s-somma ta’ £60 miljun biex jiksbu s-servizzi ta’ dan il-plejer.
Dan kollu jista’ jseħħ f’Jannar għalkemm Liverpool ukoll qed jagħfsu lil Southampton u jistgħu joħorġu b’offerta aqwa mic-City u jaħtfu lill-istess Van Dijk.