City rebbieħa tal-Premiere League b’punt biss fuq Liverpool

Manchester City huma r-rebbieħa tal-Premier League għat-tieni staġun konsekuttiv hekk kif ċaħdu lil Liverpool mit-titlu b’punt wieħed biss. Il-kowċ Pep Guardiola u l-bqija tat-tim qalgħu tbeżbiża minn Bright & Hove Albion hekk kif skurjawlhom fl-ewwel nofs siegħa.

City daħlu lura fil-logħba minuta biss wara b’gowl ta’ Sergio Aguero. Laporte, Mahrez u Gundogan komplew fejn ħalla Aguero biex għamlu l-iskor finali 4-1. Liverpool, min-naħa tagħhom rebħu l-logħba tagħhom kontra l-Wolves 2-0, iżda me setgħu jagħmlu xejn aktar minn hekk. B’hekk it-titlu għal din intrebaħ minn Manchester City.