City jitilfu kontra Wolves: jispiċċaw 8 punti taħt Liverpool

Ir-rebbieħa tal-kampjonat Manchester City waqgħu tmien punti lura minn Liverpool fit-tellieqa għat-titlu. Dan wara li City spiċċaw megħluba minn Wolves.

Adama Traore skurja darbtejn fl-aħħar għaxar minuti biex b’hekk għall-ewwel darba mill-1979, Wolves rebħu barra minn darhom kontra City.

City s’issa tilfu ħames punti mill-ewwel erba’ logħbiet li lagħbu f’darhom dan l-istaġun. Is-sena l-oħra fi staġun sħiħ tilfu tliet punti f’darhom filwaqt li s-sena ta’ qabel tilfu sebgħa.

Kien David Silva li wasal qrib għal City meta laqat il-lasta minn free-kick fit-tieni nofs tal-partita. Raheem Sterling ukoll kellu xutt tajjeb iżda kien imblukkat.

Riżultati oħra:

Arsenal 1-0 AFC Bournemouth

Southampton 1-4 Chelsea

Newcastle United 1-0 Manchester United