Steven Bergwijn iddebutta ma’ Tottenham fil-logħba kontra City u wasal biex skurja gowl ukoll. L-iskor spiċċa 2-0 għal Tottenham u City lagħbu b’10 irġiel għall-aħħar 30 minuta.
Ir-riżultat tella’ lil Spurs fil-ħames post, erba’ punti wara Chelsea li qegħdin fir-raba’ post. City baqgħu jżommu posthom fit-tieni post, 22 punt ‘l isfel minn Liverpool.
Il-gowl ta’ Bergwijn li għandu 22 sena kien l-ewwel xutt lejn il-lasta, wara li ftit minuti qabel Oleksandr Zinchenko tkeċċa wara li ġie muri t-tieni karta safra. Il-gowl ta’ Son Heung-min fil-71 minuta ssiġilla r-rebħa għal Tottenham.
City, ta’ Pep Guardiola, waslu Londra bit-tir li jirbħu l-ħames logħba konsekuttiva tagħhom. Iżda għalkemm iddominaw fil-pussess tal-ballun, ma rnexxilhomx jiżviluppaw dan il-vantaġġ f’gowls.
Riżultati oħra:
Burnley 0-0 Arsenal
01/02/20
Leicester City 2-2 Chelsea
AFC Bournemouth 2-1 Aston Villa
Crystal Palace 0-1 Sheffield United
Liverpool 4-0 Southampton
Newcastle United 0-0 Norwich City
Watford 2-3 Everton
West Ham United 3-3 Brighton & Hove Albion
Manchester United 0-0 Wolverhampton Wanderers