City jirbħu għall-ewwel darba kontra Real Madrid!

Manchester City irnexxielhom jiġġieldu u jirbħu l-logħba tard wara li gowls ta’ Gabriel Jesus u Kevin de Bruyne assiguraw rebħa ta’ 2-1 kontra Real Madrid. Għal City din kienet rebħa memorabbli.

Wara li għaddiet l-ewwel taqsima u l-ebda tim ma’ kien għadu skurja ballun, Isco ta’ Madrid irnexxielu jsib il-lasta l-ewwel. Sergio Ramos ipprova jirdoppja l-iskor iżda City ġabu l-gowl tad-draw 12-il minuta bogħod minn tmiem il-logħba.

Seba’ minuti biss minn tmiem il-logħba, Raheem Sterling li ddaħħal jilgħab lejn l-aħħar tal-logħba twaqqa’ fil-kaxxa. Kien De Bruyne li qam għall-okkażjoni u b’kunfidenza skurja l-penalty.

Din kienet l-ewwel darba għal City li rebħu kontra Real Madrid fiċ-Champions League. Dan ifisser li issa City qegħdin fuq quddiem fil-battalja bejn it-tnejn. It-tieni leg se jintlagħab ġewwa l-Etihad nhar it-Tlieta 17 ta’ Marzu.

Riżultati oħra:

Lyon 1-0 Juventus