City jaf ikollhom jistrutturaw il-finanzi kompletament mill-ġdid

Manchester City jaf ikollhom jistrutturaw il-finanzi tagħhom kompletament mill-ġdid. Potenzjalment se jkollhom ibiegħu l-uħud mill-aqwa plejers bħal Raheem Sterling, Kevin De Bruyne u Aymeric Laport, jekk il-Qorti Arbitrarja għall-Isport iżżomm is-sentejn sospenzjoni li ġiet imposta fuqhom mill-Uefa.

City jaf ukoll jitilfu t-titlu tal-Premier League li kienu rebħu fl-2014, jekk investigazzjoni separata dwar il-Premier League jirriżulta li kisru r-regoli finanzjarji. S’issa City ċaħdu dan.

Il-maniġer Pep Gurdiola jidher li qed jaqbel mal-pożizzjoni li ħa l-klabb u s’issa jidher li mhux se jitneħħa mill-klabb.

Meta ħarġet l-aħbar, il-maniġer ta’ Liverpool qal li ma setax jemmen. Hu stqarr li dak li City għamlu fil-grawnd kien eċċezzjonali, iżda x’sar minn wara l-kwinti ħadd ma jaf. Hu qal li wieħed jemmen lin-nies li jaħdem magħhom. Stqarr li jħoss għalihom. Saħaq li l-klabb jista’ jappella dan il-każ u b’hekk wieħed irid jara x’se jiġri. Qal li dan hu każ serju ħafna.

Il-każ irid jinqata’ sat-23 ta’ Lulju, qabel ma tibda l-kompetizzjoni tal-Europa League.