City barra miċ-Champions League: ara min kien il-moħħ wara dan

Manchester City mhux se jitħallew jieħdu sehem fiċ-Champions League għas-sentejn li ġejjin. Iżda min kienet il-persuna li kixfet x’kien għaddej minn taħt, biex Uefa waslet twaqqaf lil City milli jipparteċipaw?

Rui Pinto – hacker Portugiż li ħadem kemm felaħ minn daru stess biex irnexxielu jidħol fl-emails tal-klabbs u esponihom mad-dinja permezz tal-midja. Pinto minħabba l-hekk imsemmi Football Leaks spiċċa ddaħħal il-ħabs, fejn għadu sal-lum il-ġurnata jistenna li jiskonta sentenza għall-allegat ksur tal-liġi.

Pinto li qed ikun akkużat li ħħekja u qabad każijiet ta’ sabutaġġ u frodi, iddaħħal il-ħabs minn Marzu li għadda, u qed jistenna verdetta mill-Qorti tal-Appell ta’ Liżbona.

Iżda l-azzjonijiet tiegħu sfurzaw lill-Uefa biex twaqqaf lil City milli jieħdu sehem fiċ-Champions League, kif ukoll timmulthom aktar minn €25 miljun.

Għalkemm l-aħbar dwar dan ħasdet lil kulħadd, ħafna partitarji bdew jużaw #freepinto fuq il-midja soċjali tagħhom, b’mod partikolari fuq Twitter.