Ċittadini fil-Bolivja jistennew tiġieġ, bajd u żejt fit-toroq ta’ La Paz

Read in English.

Iċ-ċittadini tal-Bolivja qattgħu l-Ħadd tagħhom fit-toroq ta’ La Paz sabiex ikunu jistgħu jakkwistaw tiġieġ, bajd, u żejt tat-tisjir. Dan wara li dawk li ssapportjaw lill-eks-President Evo Morales weħħlu l-awtostradi tal-pajjiż u iżolaw il-popolazzjoni taċ-ċentru mir-raba tal-madwar.

Skont il-Ministru għall-Presidenza Jerjes Justiniano, il-Gvern tal-President interim Jeanine Anez stabbilixxa air bridge li biha qed jipprova jissupplixxi lil La Pas. Qed jintużaw ajruplani biex jaqbżu l-barrikati fl-awtostradi li qed jiċċirkondaw il-kapitali. Hu qal li l-uffiċċjali qed jittamaw li jagħmlu l-istess lill-ibliet l-oħrajn li jinsabu għaddejjin mill-istess problemi.

Il-Bolivja għadha fi stat ta’ limbu wara li ġimgħa ilu Morales irreżenja kawża ta’ allegazzjonijiet dwar tbabis fil-voti. Il-leġiżlaturi għadhom ma qablux dwar data ġdida għall-elezzjonijiet.

Intant, Morales ħarab lejn il-Messiku t-Tlieta li għadda. Madanakollu, ir-reġjuni li kienu jissapportjawh, partikolarment il-bdiewa taċ-ċikkulata qed jipprotestaw fit-toroq. Uħud minnhom saħansitra huma armati b’bazookas magħmulin fid-djar, armi tan-nar u granati.