Ċittadin Franċiż imut fil-kustodja tal-pulizija Eġizzjana

Il-Ministeru għall-Affarijiet Barranin ta’ Franza qed jinvestiga l-mewt ta’ ċittadin Franċiż li miet waqt li kien qiegħed fil-kustodja tal-pulzija Eġizzjana, fil-Kapitali l-Kajr.L-Ambaxxata Franċiża qalet li r-raġel kien jgħix il-Kajr u qed tinvestiga ċ-ċirkustani li fihom miet dan ir-raġel.

Skont is-sorsi tas-sigurtà fl-Eġittu, ir-raġel inqatel minn persuni oħra li kienu qed jinżammu fiċ-ċella tal-Għassa tal-Puliżija, Qasr al-Nil.

Hu mifhum li r-raġel ġie arrestat minħabba li kiser kerfju ta’ filgħaxija u talli kien fis-sakra.