Ċitazzjoni jew barxa jekk tipparkja hawnhekk

Attent jekk se tipparkja biswiet il-bajja ta’ San Ġorġ biex tmur Paceville jew fl-akwati tal-madwar.

Hekk kif ix-xogħol fit-triq biswiet il-bajja ta’ San Ġorġ f’San Ġiljan beda ġmielu, kawża ta’ dan it-telgħa li minn Triq ix-Xatt ta’ San Ġorġ tieħdok għal Triq il-Professur Walter Ganado, magħrufa ma’ ħafna bħala t-‘telgħa ta’ San Ġorġ’ kellha tingħalaq. Minħabba f’hekk Triq ix-Xatt ta’ San Ġorġ, li qabel wieħed seta’ biss jinżel minn Pembroke lejn il-Bajja, issa ġiet two-way.

Tul il-ġimgħat li għaddew l-awtoritajiet neħħew il-linji tal-parkeġġ sabiex it-triq tkun tista’ tintuża miż-żewġ naħat. Madanakollu jidher li l-pubbliku kien isib dak il-parkeġġ konvenjenti ħafna, speċjalment fi tmiem il-ġimgħa, hekk kif għalkemm il-linji tal-parkeġġ tneħħew ħafna xorta baqgħu jipparkjaw.

Newsbook.com.mt jinsab infurmat li l-awtoritajiet se jieħdu pożizzjoni iktar iebsa f’dawn ir-rigward hekk kif apparti li jinżebgħu linji sofor doppji, min jipparkja hemmhekk se jaqla’ ċitazzjoni. Apparti minn hekk, diversi persuni li għaddew mill-akwati waqt li l-karozzi kienu pparkajti mal-ġenb tat-triq qalu kemm kienet diffiċli, speċjalment meta tkun nieżla tal-linja mill-karreġjata opposta, tant li ma barxux vetturi li kienu pparkjati fil-ġenb għal ftit.

Ritratt: Jean Bezzina