Ċipru m’huwiex se jħalli ż-żona ewro

Ċipru m’huwiex se jħalli ż-żona ewro. Dan sostnieh il-President Ċiprijott Nicos Anastasiades meta żied jgħid li bl-ebda mod m’hu beħsiebu jesperimenta bil-futur tal-pajjiż. Il-President Ċiprijott sostna li s-sitwazzjoni finanzjarja tal-pajjiż tinsab taħt kontroll u dan wara li l-pajjiż tħalla jissellef €10 biljun mill-Unjoni Ewropea u l-Fond Monetarju Internazzjonali. Fil-jum tal-Ħamis, il-banek f’Ċipru reġgħu fetħu wara għaxar t’ijiem magħluqa. Madanakollu l-klijenti mhux qed jitħallew jiġbdu aktar minn €300 kuljum bħala parti mill-ftehim ta’ self.