Ċipru jibda b’lockdown ta’ 3 ġimgħat

coronavirus covid-2019 girl in mask - stop pandemic

F’Ċipru llum beda lockdown ta’ tliet ġimgħat.

Il-lockdown daħal fis-seħħ fil-5am, u ġab miegħu l-għeluq tal-ħwienet, negozji, ristoranti, kif ukoll postijiet ta’ servizz bħal tax-xagħar u l-ħwienet tas-sbuħija.

Din il-miżura ttieħdet għaliex l-awtoritajiet Ċiprijotti kienu qegħdin isibuha diffiċli biex irażżnu l-imxija tal-coronavirus wara ż-żieda fil-każijiet tul ix-xahar li għadda. Parti mill-kaġun kienu l-każijiet tal-varjant il-ġdid li tfaċċaw fil-pajjiż mal-wasla tal-persuni mir-Renju Unit.

Bil-lockdown, in-nies jistgħu joħorġu mid-dar darbtejn fil-jum, wara li jkunu avżaw lill-awtoritajiet. Jistgħu joħorġu biss biex jagħmlu xi eżerċizzju jew għal raġunijiet li jitqiesu essenzjali, bħax-xiri ta’ ikel jew biex imorru għand it-tabib jew l-ispiżjar. Il-knejjes u l-iskejjel se jagħlqu wkoll, u t-tagħlim se jkompli online.

Mill-bidu tal-pandemija, f’Ċipru kien hemm aktar minn 27,000 każ u 147 mewta.