Ċipru fadallu biss għażliet iebsa x’jiddeċiedi – Olli Rehn

Il-Kummissarju Ewropew għall-Affarijiet Ekonomiċi Olli Rehn qal li Ċipru fadallu biss għażliet iebsa x’jiddeċiedi biex jevita falliment u jrid jsir qbil illum, bl-iskop li l-pajjiż jingħata l-għajnuna finanzjarja li għandu bzonn għal banek tiegħu. Il-Banek f’Ċipru issa ilhom magħluqin ġimgħa.

Rehn qal li ma għadx hemm iktar soluzzjonijiet aħjar u l-futur qrib ta’ Ċipru huwa wieħed diffiċli ħafna. Ilbieraħ komplew isiru taħditiet mal-Unjoni Ewropea u l-Fond Monetarju Internazzjonali. Ċipru għandu bżonn l-approvazzjoni tagħhom biex ikunu jistgħu jippreżentaw pjan lil Ministri tal-pajjiżi taz-zona ewro aktar tard illum.

Cipru qed jiġi offrut mal-10 biljun ewro bħala bailout, imma sa għada jrid juri kif se jdaħħal 5.8 biljun ewro.