Ċintorin ġdid li jipproteġi l-anzjani meta jaqgħu

Beautiful portrait of an elder woman outdoors

Hekk kif diversi anzjani jweġġgħu minħabba xi waqa, kumpanija partikolari ħadet l-inizjattiva biex tiżviluppa ‘airbag’ speċjali li persuna tista’ tilbes madwar il-qadd biex f’każ li taqa’ dan jintefaħ u ma din ma tweġġax.

Dan l-apparat, li hu forma ta’ ċintorin speċjali, jaħdem eżatt bħal airbag ta’ karozza, li l-istess kumpanija Ċiniża ilha tipproduċi għal dawn l-aħħar snin. Riċentament ir-riċerkaturi tal-kumpanija rrealizzaw il-potenzjal ta’ dan l-apparat li jista’ jintuża biexi naqqas il-periklu għall-anzjani.

Hekk kif airbag ta’ karozza jinfetaħ wara li jseħħ impatt, dan iċ-ċintorin jinfetaħ waħdu hekk kif jidentifika l-veloċità tal-waqa u l-angolu li l-persuna tkun qedha fiha. Permezz ta’ microprocessor apposta, dan kapaċi jidentifika li persuna tkun qed taqa’ u jinfetaħ qabel ma jseġġ l-impatt.