Ċiniżi ħatja li qaflu tfal biex ifejquhom mill-vizzju tal-internet

Grupp ta’ rġiel li operaw faċilità ta’ trattament tad-dipendenza fuq l-internet fiċ-Ċina tax-Xlokk ntbagħtu l-ħabs wara li nstabu ħatja li qaflu tfal f’iżolazzjoni solitarja għal 10 ijiem. 

Nhar it-Tlieta, dokumenti tal-qorti wera erba’ rġiel – imsemmija bħala Wu, Ren, Zhang u Qu – li nstabu ħatja li żammew illegalment 12-il żgħażagħ fl-Akkademja Yuzhang fil-provinċja ta ‘Jiangxi, għal 10 ijiem. Ħdax-il vittma minn dawn kellhom inqas minn 18-il sena.

Il-faċilità hija waħda minn bosta mijiet ta’ ċentri ta’ Detox fetħu madwar iċ-Ċina matul l-aħħar 10 snin fost it-tħassib li qed jiżdied dwar l-ammont ta’ ħin li ż-żgħażagħ iqattgħu onlajn.

Minkejja li fiċ-Ċina hemm kontroll strett tal-gvern, iċ-Ċina għandha waħda mill-akbar bażijiet tad-dinjafejn jidħol l-użu tal-internet,  b’aktar minn 850 miljun persuna jkollhom aċċess għall-web, inklużi madwar 200 miljun li għandhom bejn il-15 u l-35 sena.

Il-kampijiet tat-trattament raw żieda kbira fil-popolarità wara d-deċiżjoni taċ-Ċina li tirrikonoxxi uffiċjalment il-vizzju tal-internet bħala diżordni mentali fl-2008. Iżda minħabba aħbarijiet  negattivi u allegazzjonijiet ta’ abbuż fiżiku serju dawn wasslu  għal tħassib dejjem jikber f’dawn l-aħħar snin.

Fl-2014 tifla ta’ 19-il sena mietet fil-belt ta’ Zhengzhou wara li ġiet rappurtata li qalgħet xebgħa minn għalliema f’wieħed miċ-ċentr ta’ detox tal-internet. Rapporti oħra allegaw li kien hemm kampijiet li  wżaw trattamenti li tqabblu ma’ elettrokonvulsivi, meta ntużaw xokkijiet fil-moħħ.