Ċiniż mogħti sentenza tal-mewt wara li ħareġ 150,000 dokument ikklassifikat

Ċiniż ġie kkundannat għall-mewt wara li ġie akkużat li għadda iktar minn 150,000 dokument ikklassifikat lil potenza barranija li ma ġietx identifikata.
Rapport ippubblikat, li hu xi ħaġa rari għaċ-Ċina, żvela li tekniku tal-kompjuter minn Sichuan, imsemmi bħala Huang Yu, kien jaħdem f’dipartiment tal-Gvern li jittratta sigrieti tal-istat imma tkeċċa għax kien “ħaddiem ħażin”.
Skont ir-rapport, irrabjat bit-tkeċċija tiegħu r-raġel ikkuntattja dik li ġiet deskritta bħala “organizzazzjoni barranija ta’ spiji” u offra li jbiegħilhom dokumenti riservati u l-organizzazzjoni aċċettat.
Ir-rapport qal li l-ħafna vvjaġġar tiegħu u l-patrimonju li akkwista ta’ malajr qajjem suspett u r-raġel ġie arrestat fl-2011.
Ma speċifikax meta u fejn tressaq bl-akkużi u jekk inqatilx diġà.