Ċinema u poeżija jitħalltu flimkien waqt festival

Il-Fondazzjoni Valletta 2018 qed tagħti l-opportunità lil tliet żgħażagħ produtturi tal-films biex jittrasformaw il-Poeżija Maltija f’film permezz tal-proġett Poetry on Film.
Din l-inizjattiva qed issir matul il-Festival Mediterranju tal-Letteratura ta’ Malta u se tinvolvi l-adattament ta’ poeżiji Maltin f’films qosra.
Il-Fondazzjoni qalet li dan il-proġett għandu l-għan li jiżviluppa s-setturi tal-poeżija u tal-film f’Malta permezz tat-taħriġ, kif ukoll billi jiġu esportati films qosra tal-poeżija.
Iktar kmieni matul din is-sena ntgħażlu ż-żewġ poeżiji li huma “Relazzjoni” ta’ Maria Grech Ganado u “Fuq Għoljiet Dingli” ta’ Victor Fenech. Il-film tal-ewwel poeżija għandu produzzjoni ta’ Nicky Aquilina u Lyanne Mifsud, filwaqt li l-produttur tat-tieni wieħed kien ta’ Trevor Borg.
Dawn iż-żewġ films se jintwerew fil-Festival fl-24 u l-25 t’Awwissu fil-Forti Sant’Iermu.