Ċinema f’Malta: Jiżdiedu l-films u tonqos l-udjenza

Is-sena li għaddiet in-numru ta’ films fl-iswali taċ-ċinema żdied, iżda fl-istess żmien naqset l-udjenza.
Skont ċifri ppublikati mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistiku, is-sena li għaddiet intwerew 16-il film aktar mill-2015. Minkejja dan, l-udjenza naqset b’4.4%.
B’kollox marru ċ-ċinema 673,487 persuna, bi kważi kwart minnhom jaraw film 3D.
Fl-2016 kien hawn tmien stabbilimenti taċ-ċinema, tnejn minnhom f’Għawdex. B’kollox fihom kien hemm 35 skrin ċinematografiku, kollha aċċessibbli għal persuni b’diżabilità u li jilqgħu fihom total ta’ 6,771 persuna.
74.8% ta’ dawk li marru ċ-ċinema raw films li nħadmu minn kumpaniji fl-Istati Uniti filwaqt li 21.5% biss raw films Ewropej.
Il-produzzjonijiet Maltin attiraw 1.6% tal-udjenza totali, jiġifieri 11,036 persuna.
L-aktar films popolari fl-2016 kienu Finding Dory, Deadpool u The Secret Life of Pets.
Is-sena li għaddiet, l-istabbilimenti taċ-ċinema attiraw 187 persuna, 84% tagħhom fuq bażi part-time.

Ritratt: Ian Noel Pace