Ċina: Tfal sfurzati jagħtu d-demm

Fiċ-Ċina ġew arrestati 7 persuni b’rabta ma’ skema fejn qed jisfurzaw tfal biex jagħtu d-demm.
Madwar 8 itfal li għandhom bejn 10 u 16-il sena taw id-demm lil kumpanija f’Gansu, fil-majjistral tal-pajjiż.
Grupp ta’ persuni attakkaw lit-tfal, u wara sfurzawhom jagħtu d-demm.
It-tfal tal-iskola taw id-demm darba fix-xahar għal seba’ xhur, tliet darbiet aktar milli suppost.
Minn din l-iskema, il-viċi-kap tal-bank tad-demm u sitt persuni oħra għamlu madwar €750.
Il-pulizija saret taf wara li t-tfal tkellmu mal-ġenituri tagħhom, u arrestat lill-persuni responsabbli.